News

Id-ditti tal-banana f’Malta

Miktuba minn Maria Testa

Chiquita

Wieħed jista’ jsib il-kwartieri tal-kumpanija Chiquita fl-Iżvezja. Din il-kumpanija ġiet imwaqqfa fl-1870 minn  Captain Lorenzo Dow Baker. Il-maġġorita ta’plantazzjonijiet tal-banana li jagħmlu parti minn Chiquita jinsabu f’postijiet tropikali bħal Costa Rica, Honduras, Panama, Guatamala, Mexico, Equador, Colombia u Nicaragua. Għalkemm il-kumpanija Chiquita tagħmel aktar profit mill-Istati Uniti hija xorta magħrufa sew fl-Ewropa.

Dole

Il-kwartieri tal-kumpanija Dole huma misjubin f’California fl- Istati Uniti. Dole Food Company ,Inc. bdiet fl-1851 meta Samuel Castle flimkien ma’ Amos Cooke waqqfu l-kumpaniji tat-tpartit tagħhom fil-Hawaii, permezz tal- mergers huma saru l-kumpanija li aħna nafu llum. Mill- 2011 Dole kienet l-ikbar kumpanija li tipproduċi frott  u ħaxix frisk b’ 7.2 billjun dollaru profitt.  Dole għanda plantazzjonijiet tal-banana f’ħafna postijiet bħal Columbia, Costa Rica, Ecuador, Guatemala u Honduras. Din il-kumpanija tiddistribwixxi l-prodotti tagħha fl-Amerika ta’ Fuq, l- Ewropa, l-Mediterran u l-Asja.

Del Monte

Il-kwartieri ta’ Del Monte jinsabu wkoll f’ California, USA. Del Monte hija t-tielet l-ikbar kumpanija tal-banana fid-dinja. Del Monte għanda plantazzjonijiet tal- banana f’ Costa Rica, Guatemala u l- Filippini. Il- korporazzjoni tixtri wkoll il-banana minn bdiewa indipendenti f’Costa Rica, Guatemala, Ecuador, Columbia, Filippini u Cameron.

Gioia

Gioia hija kumpanija Maltija tal-banana mwaqqfa minn Fruitland Co. Ltd  li hija subsidjarja tal-kumpanija Famalco Group. Gioia jġibu l-banana tagħhom minn plantazzjonijiet li jinsabu fl-Amerika Ċentrali, Costa Rica u Colombia.

Turbana

Il- Kumpanija Turbana ġiet mwaqqfa fl-1970 u l-kwartieri tagħha jinsabu fi Florida, l-Amerika. Turbana hija l-kumpanija ta’ Uniban li hija  koperattiva ta’ Fyffes li hija waħda mill-ikbar kumpaniji li jipproduċu frott tropikali fl-Ewropa  u jimpurtaw u jesportaw il-prodotti tagħhom. Il-kwartieri ta’ Fyffes jinsaby fl-Irlanda. Turbana kienet l-ewwel kumpanija li impurtat banana Fair Trade fl-Amerika ta’ Fuq. Il-prodotti ta’ Turbana jiġu minn plantazzjonijiet tal- Uniban fil-Columbia.