News

L-importanza tas-saħħa tal-ħaddiema u l-ambjent.

Is-saħħa tal-ħaddiema u l-ambjent huma ta’ inqas importanza mill-produzzjoni ta’ frott profittibli.

Miktub minn Jessica Caruana

Maqlub għal Malti minn Diane Cutajar

Id-domanda għall-frott tropikali qiegħed jiżdied bl-eluf kull sena. Il-banana u l-pineapple jikbru f’pajjiżi bħal- Costa Rica, Guatemala u Honduras imbad jiġu esportati fl-Ewropa. Madanakollu ġieli nieqfu u nsaqsu lilna nfusna x’kundizzjonijiet qed jgħixu fihom kuljum il-ħaddiema biex ilaħħqu ma din id-domanda?

Naraw is-sitwazzjoni f’Costa Rica; Il-ġlieda għad-drittijiet tal-ħaddiema fil-plantazzjoni tal-banana f’Costa Rica hila għaddejja mill-bidu tal-1900, meta kumpaniji tal-frott fl-Amerika bnew plantazzjonijiet kbar tal-banana mal- Kosta Atlantika ta’ Costa Rica. “ Banana Coast” qeda mal-border ta’ Costa Rica u l-Panama. Dan ir-reġjun fih 200 mill-plantazzjonijiet tal-banana li hemm mal-border Atlantiku ta’ Costa Rica. Il-ħaddiema jaħdmu f’villaġġi u settilmenti żagħar lejn in-nofs u l-isfel tal-kosta Atlantika. Sal-1946 il-minorita tal-popolazzjonijiet b’oriġini West Indians u Karibjana kienu jgħixu ma’ din il-kosta. Huma ma’ inatawx ċittadinanza u l-propjeta ma setgħetx tkun tagħhom.  Għalhekk kienu inelliġibli għall-protezzjoni skont il-liġi ta’ Costa Rica.

Il-ħaddiema involuti f’din il-ġlieda huma primarjament ħaddiema bi ftit paga. Apparti mill-paga baxxa, sigħat twal u nuqqas ta’ drittijiet, dawn il-ħaddiema huma esposti għal pesticidji bħal Paraquat, Mancozeb u Terbufos li jaffetwaw is-saħħa tagħhom. Dawn jikkawżaw infezzjonijitet fatali, leżjonijiet fl-għajnejn, ħruq mill-kimiċi u kanċer. Tobba u infermiera tul il-Kosta Atlantika rraportaw mard relatat mal-pestiċidji mill-plantazzjonijiet tal-banana u l-periklu għadu persistenti sal-ġurnata tal-lum. Min prova jinagħqad ma’union spiċċa mingħajr impjieg għax fid-dikjarazzjoni tad-drittijiet umani tagħhom ma jsemmux protezzjoni għall-haddiema mit-tossiċi u l-kimiki.  Il-ħaddiema u l-ambjent huma inqas importanti mill-profitt li jagħmlu mill-produzzjoni tal-banana.

Dan japplika wkoll għall-produzzjoni tal- pineapple fejn kumpaniji li mhumiex fair trade jużaw pestiċidji differenti fi kwantita kbira biex joqtlu insetti bħal mealybugs. Pero dan mhux insetti biss qiegħed jeqred imma anke l-ħajja tal-ħaddiema li tamilha aktar diffiċli għalihom biex jaħdmu. Pestiċidju ieħor li jintuża huwa Nemagon. Haddiem irraporta li l-kimika kienet taħraq u tniggeż għall-ewwel iżda x’ħin kesħet bdiet traqqad il-ħaddiema. Il-ħaddiema rrapurtaw ukoll li ż-żringijiet telqu kollha mill-villaġġ wara li ntużat din il-kimika.