News

L-Industrija tal-Agrikultura fil-Peru

Miktub minn Diane Cutajar

L-importazzjoni u l-esportazzjoni huma żewg attivitajiet kummerċjali importanti li kull pajjiż għandu bżonn biex ikollu standard għoli tal-ħajja. Dan għax l-ebda pajjiż ma jista jipproduċi kull prodott li għandu bżonn biex jikkuntenta l-konsumatur. Peru huwa pajjiż li jinsab fl-Amerika ta’ Isfel li jesporta ammont kbir ta’ prodotti tal-ikel. Il-klima tal-pajjiż u l-qagħda ġeografika tiegħu jagħmlu importanti għall- agrikultura. Huwa magħruf għat-tipi differenti ta’ patata li jistgħu jikbru hemm biss. L-ebda pajjiż ieħor m’għandu l-klima li tħalliħ jkabbar daqsekk varjeta ta’ dan il-prodott.

Peru jesporta frott jissejaħ camu-camu li hija frotta żgħira tal-ġungla. Hija mizgħuda bil-vitamin Ċ. Dan il-pajjżz huwa wkoll wieħed mill-ikbar esportaturi tal-quinoa, prodott li qiegħed jiżdied fil-popolarita tiegħu minħabba l-valur nutrizzjonali tiegħu. Infatti l-prodott “The Quinoa Way” li huwa prodott impurtat mill-Peru qiegħed jiġi rriklamat f’Malta wkoll. Din id-ditta qiegħda teduka ċ-ċittadini Maltin b’modi ġodda kif jistgħu jieklu aħjar.

Ir-rati tal-ħela tal-ikel qiegħda tiżdied rapidament u dan ifisser ukoll li more prodotti qegħdin jiġu mibugħin. Din hija waħda mir-raġunijiet għala l-industrija tal-agrikultura fil-Peru qiegħda tikber u titjieb. Kumpaniji kbar u bankijiet qegħdin jgħinu l-industrija ta’ dan il-pajjiż billi jagħtu loans u kuntratti. Il-bank Inter-American development qiegħed jagħti l-Peru loan ta’ $40 miljun biex jgħinhom jinkomporaw l-aktar teknoloġija moderna fis-settur tal-agrikultura. Dan jagħmel parti min- National Agricultural System Support Project biex joħloq kundizzjonijiet tajbin fin- National Agricultural Innovation System. Teknoloġija ġdida ħa tgħin lill-ħaddiema biex jipproduċu iktar prodotti f’inqas ħin u dan jagħmel xogħolhom eħfef.
Iktar kemm jigu maghmulin prodotti fil-Peru aktar ha jkun hemm konsumaturi li jixtruhom u dan ha jkabbar l-industrija agrikulturali taghhom. Dan ma jfissirx li l-haddiema ha jkollhom iktar flus u privileggi minhabba z-zieda fil-produzzjoni. Hemma hafna kazijiet li nafu bihom fejn dawn il-haddiema gew imqarrqin l-aktar ricenti l-progett Make Fruit Fair! Urgent Action. Jekk joghgbok iffirma u aghmel differenza, ghax issa iktar produzzjoni tista’ tfisser iktar prosperita u hajja ahjar ghall-haddiema.