IL-KAMPANJA TAGĦNA

Make Fruit Fair demonstration

Għaliex qed nagħmlu kampanja dwar frott tropikali?

Dsatax-il organizazzjoni minn madwar id-dinja ingħaqdu biex jikkampanjaw għall-Frott Ġust fil-kampanja Make Fruit Fair!. Għaqdiet non-governattivi mill-Ewropa ssieħbu ma organizazzjonijiet żgħar ta’ bdiew u Għaqdiet tal-ħaddiema tal-pjantaġġjuni mill-Afrika, Amerika Latina u l-Karibew. Dan sar biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja għall-eluf ta’ nies li jkabbru, jaqtgħu u jippakkjaw il-frott tropikali li nixtru fil-ħwienet tagħna ta’ kuljum.

L-iktar żewġ eżempji prominenti huma l-banana u l-ananas. Fost il-frott kollu, in-negozju tal-banana huwa l-ikbar madwar id-dinja. Il-banana titkabbar f’ iktar minn 150 pajjiż, fejn jiġu produċuti iktar minn 107 miljun tunnellata frott fis-sena. Il-kummerċ internazzjonali tal-ananas kiber tant li llum waħda minn kull żewġt ananas imkabbra hi għall-esportazzjoni.

Ksur tad-drittijiet tax-xogħol u drittijiet ambjentali huma komuni ħafna fil-produzzjoni tal-banana, tal-ananas, kif ukoll f’ dik ta’ frott tropikali ieħor. Ħafna drabi din is-sitwazzjoni qed tmur għall-agħar.

L-iskop ta’ din il-kampanja hu li:

  • tagħmel promozzjoni ta’ provvista sostenibbli u ġusta,
  • tiddefendi d-drittijiet soċjali u ambjentali fil-pajjiżi li jipproduċu l-frott tropikali,
  • tipprovdi spazju fejn produtturi minn pajjiżi tan-Nofsinhar isemmgħu leħinhom,
  • tgħaqqad il-pajjiżi li jipproduċu ma dawk li jikkunsmaw billi jikkampanjaw flimkien,
  • tinkoraġġixxi politika u prattika ġdida ta’ kummerċ internazzjonali.

X’ qegħda titlob il-kampanja Make Fruit Fair!?

Aħna rridu li s-supermarkets, bħala l-ikbar aġenti f’ din il-katina, iħallsu prezzijiet ġusti lill-fornituri. Prezzijiet li jkopru l-ispejjeż ta’ produzzjoni sostenibbli.

Aħna rridu li l-kumpanija u s-supermarkets jgħatu garanzija li:

  • paga ġusta li tkopri għixien xieraq tkun imħallsa fil-pjantaġġjuni minn fejn jinġieb il-frott,
  • ikun hemm aċċess għat-taħriġ u impjieġ għan-nies ugwali għall-irġiel,
  • jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tax-xogħol, bħad-dritt li persuna tingħaqad f’ Unjoni indipendenti,
  • l-ambjent jiġi rispettat billi jitnaqqas l-użu ta’ agrokimiċi tossiċi.

Aħna irridu li il-gvernijiet:

  • Jirregolaw l-abbużi tas-supermarkets fejn jidħol il-poter fix-xiri ta’ for fornimenti.
  • Jassiguraw li il-kumpaniji huwa miżmuma responsabbli għal kundizzjonijiet ta’ xogħol f’pajjiżi produtturi.
  • Jappoġġjaw politiki li jikuraġixxu ġustizzja u sostenibbilta’ fil-produzzjoni tal-frott.

Sabiex din il-kampanja ikollha impatt, għandna bżonn l-għajnuna tagħkom!

Il-konsumaturi għandhom il-poter biex isaqsu lil nies responsabbli’ biex jitjiebu il-kundizzjonijiet tul il-katina tal-forniment tal-frott. Għaġixxi issa!

http://www.l-arka.org/node/809