KUMMERĊ ĠUST

Windward Islands bananas

Il-Kummerċ Ġust huwa metodu ta’ negozju bl-għan li jiprovdi appoġġ dirett u effettiv għal produtturi marġinalizzati f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerika Latina. Għal iktar minn 50 sena, il-kummerċ ġust serva effetivament biex itejjek il-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ħajja għal bdiewa żgħar u nies tas-snajjar f’pajjiżi li qed jiżviluppaw.Il-Banana ilha tiġi nnegozjata b’mod alternattiv mill-1980s. Fl-1996 l-ewwel banana li kellhom iċ-ċertifikazzjoni tal-Kummerċ Ġust kienu mibjugħa. Il-banana issa huma simbolu ta’ kemm suċċess kif ukoll sfidi taċ-ċertifikazzjoni tal-kummerċ Ġust u huma fost il-prodotti tal-Kummerċ Ġust l-iktar mibjugħa. Għandhom madwar 10 sa 50 fil-mija sehem tas-suq f’ħafna pajjiżi Ewropej. Pero dan ma huwiex minnu f’Malta! Il-prezz minimu li ta’ banana tal-Kummerċ Ġust għenu hafna eluf ta’ bdiewa żgħar biex ma jkunux imbiegħda u mmarġinalizzati mis-suq. Il-premium li jitħallas fuq Kummerċ Ġust wera kemm hu utli għal dawn il-komunitajiet tal-biedja.

Ħafna mill-banana, ananas u frott tropikali ieħor tal-Kummerċ Ġust għandhom il-marka tal- Fairtrade International (FLO). Kummerċ Ġust huwa skema ta’ ċertifikazzjoni li saret popolari fl-aħħar 15-il sena imma kienet ukoll suġġetta għal kritika- ara is-sezzjoni jisimha ċertifikazzjoni. Hemm ukoll numru stabbiliti ta’ organizazzjonijiet tal-Kummerċ Ġust li jikkonformaw mar-regoli tal-kummerċ ġust jew inkella anke li ma jużawx il-marka tal-kummerċ ġust fuq il-prodotti tagħhom.

Il-ħames prinċipji tal-Kummerċ Ġust

  • Li jitħallas prezz ġust- il-produtturi jieħdu prezz ġust li jkopri il-prezz tal-produzzjoni, il-prezz ta’ għixien diċenti u profit raġonevoli.
  • Xejn xogħol ta’ tfal- Xogħol ta’ tfal f’kull forma huwa projbit- speċjalment meta dan ikun ta’ ħsara għal edukazzjoni tat-tfal jew għas-saħħa fiżika u żvilupp mentali.
  • Kundizzjonijiet ta’ xogħol diċenti- Ħaddiema f’pjantaġġuni, irziezet, f’siti ta’ proċessar u f’setturi oħra jaħdmu f’kundizzjonijiet diċenti u sikuri u jirċievu paga li tgħix biha.
  • Żviluppar tal-komunitajiet lokali- Ammont sinifikanti tad-dħul mill-Kummerċ Ġust huwa investit f’proġetti ta’ żvilupp f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn il-proġetti jinkludu pjan ta’ ilma tajjeb għax xogħol għal komunita’, kostruzzjoni ta’ toroq, edukazzjoni u faċilitajiet ta’ saħħa, proġetti li jkopru l-ispejjeż al-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, kura tas-saħħa, mikrofinanzjament etċ.
  • Sostenibbilta’ ambjentali- Agrokimiċi li jagħmlu il-ħsara u ĠMOs ma jintużawx fis-sistema ta’ Kummerċ Ġust. Barra minn dan, is-sistema ta’ Kummerċ Ġust tipromwovi sistemi ta’ agrikolutra li jippreservaw l-ekosistemi u jiproteġu sew is-saħħa tal-produttrui kif ukoll dik tal-konsumaturi.