REGOLAZZJONI

photo

Ħafna supermarkets Ewropej u kumpaniji tal-frott jagħmlu profitt finanzjarju minn operazzjonijiet ta’ negozju bbasati barra mill-UE- bħal pjantaġġuni ta’ frott tropikali. Filwaqt li hemm dan il-profitt huma jaħarbu r-responsabbilta’ għal impatt tagħom fuq kundizzjonijiet ta’ xogħol, livelli ta’ pagi u prattiċi ambjentali, is-soltu billi jagħtu kuntratt lil kumpaniji oħra biex topera minflokhom (subcontracting/sottokuntratt) u jużaw kumpaniji sussidjarji u fornituri.

Dawn is-sussidjarji u sottokuntratturi pero, sikwit jiksru drittijiet fundamentali fix-xogħol u leġiżlazzjonijiet ambjentali.Ħafna drabi, nies li jiġu milquta ħazin grazzi għal dawn il-prattiċi korporattivi għandhom ftit jew xejn ċans biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom fil-pajjiż tagħhom jew fil-pajjiż fejn il-kumpaniji għandha il-kwartieri ġenerali. Minbarra dan, dawn in-nies jistgħu jiffaċċjaw intimidazzjoni talli ħadu azzjoni, per eżempju, jistgħu jiġu mkeċċija mix-xogħol sempliċiment għax issieħbu ma’ union tal-ħaddiema.

Huwa ir-responsabbilta’ ta’ stati ndividwali biex iżommu il-kumpaniji responsabbli billi jintroduċu u jinfurzaw leġiżlazzjoni li jassiguraw li attivitajiet ekonomiċi tul il-katini ta’ forniment ma jkollhomx impatt negattiv fuq komunitajiet f’pajjiżi produtturi. Pero, ftit pajjiżi biss għandhom instrumenti legali anke minimi biex iżommu l-kumpaniji parzjalment responsabbli għal impatti soċjali u ambjentali tal-attivitajiet tagħhom (eż. Franza)

X’diġa sar?

Fuq livell internazzjonali, intieħdu passi biex jindirizzaw l-rwol u responsabbilta’ tas-settur privat f’żvilupp sostenibbli u l-eradikazzjoni tal-faqar. Eżempji jinkludu l-gwidi tal-OECD għal kumpaniji multinazzjonali, Il-Konvenzjonijiet u Dikjarazzjonijiet tal-ILO, l-bill Internazzjonali tad-Drittijiet Umani u l-prinċipji gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-negozju u d-Drittijiet Umani. Għalkemm dawn l-inizjattivi huma passi apprezzati lejn akkontabbilta’ korporattiva u huma miftiehma minn stati li jieħdu impenn biex jimplimentawhom, hemm ftit instrumenti legali sabiex tiġi żgurata li korporazzjonijiet iżommu ma’ dawn l-istandards. Dawn ma humiex biżżejjed mingħajr regolazzjonijiet legali li jorbtu l-operat ta’ kumpanijiet multinazzjonali. Għalhekk stati għandhom urġentament jadottaw dawn il-leġiżlazzjonijit fuq livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali b’konsultazzjoni mas-soċjeta’ ċivili, inklużi trade unions indipendenti.

Supermarkets

Tħassib fuq il-poter tal-bejgħ tas-supermarkets ġew mqajjma f’numru ta’ Pajjiżi ta-UE. Xi stati membri pruvaw jindirizzaw Prattiċi tal-kummerċ mhux ġusti billi introduċew liġijiet biex per żempju jirregolaw relazzjonijiet bejn fornituri u bejjiegħa; billi pprojbew bejgħ taħt il-prezz (ta’ kemm verament ġie jiswa); biex iwaqfu tbabis mal-prezzjijiet bħal predatory pricing u price discrimination, u biex inaqsu d-dipendenza fuq relazjonijiet tal-kummerċ.

Dawn l-inizjattivi nazzjonali huma passi pożittivi li jindirizzaw b’xi mod prattiċi ta’ negozju mhux ġusti li jistgħu jiġru minħabba żbilanċ fil-poter bejn il-produtturi u min qed jixtri (e.ż. Supermarkets)

Madankollu, l-impatt tagħhom huwa limitat għax in-negozju (kif iġibu l-affarijiet u jbiegħuhom) għandu natura internazzjonali. Madwar l-UE, il- bejgħ bl-imnut (retailing) qed isir iktar kemm jgaħddi ż-żmien monoploju, immexxi minn ftit kumpaniji żgħar li jingħaqdu f’katini. Għalkemm hemm liġijiet konta l-monopolija biex iwaqfu produtturi kbar milli jabbużaw mid-dominanza tagħhom fis-suq, ma hemmx leġizlazzjoni fl-UE speċifikament li qed tiprova twaqqaf l-abbużi tas-supermarkets u il-poter tal-bejgħ tagħhom.

Dawn ir-retailers (bejjiegħa bl-imnut) qed isiru għassiesa li jikontrollaw l-aċċess għal konsumaturi fl-UE għal bdiewa u fornituri oħra.

Sir għaf iktar fuq dan is-suġġett