TRADE UNIONS/GĦAQDIET TAL-ĦADDIEMA

Il-prinċipju ta’ xogħol dinjituż- liberta’, ugwaljanza’, sigurta u dinjita’- huma komunament miksura f’industriji tal-frott tropikali. Ħaddiema fil-pjantaġġuni huma spiss mċaħħda id-dritt li jogranizzaw f’għaqdiet biex jinġabru u jgħamlu azzjonijiet kollettivi biex itejjbu il-kundizzjonijiet ta’ xogħol.

Għalfejn l-għaqdiet tal-ħaddiema huma mportanti?

L-għaqdiet tal-ħaddiema għandhom rwol kruċjali għall-ġlieda kontra l-faqar f’pajjiżi produtturi billi dawn jedukaw il-ħaddiema fuq id-drittijiet tagħhom u kif għandhom jużaw dawn id-drittijiet biex jinnegozjaw ma’ kumpaniji biex ikollhom xogħol diċenti. Il-maġġoranza ta’ ħaddiema fl-industrija tal-frott tropikali huma żagħar fl-eta’- ħafna minnhom għandhom inqas minn 30 sena- u għandhom nuqqas ta’ informazzjoni fuq id-drittijiet tagħhom.

L-għaqda dinjija tax-xoghol (International Labour Organization – ILO) li hija parti minn Nazzjonijiet Uniti, tipromwovi standards tax-xogħol internazzjonali li huma kruċjali bħal: liberta’ tal-assoċjazzjoni u ftehim kollettiv, xogħol magħmul mit-tfal, xogħol sfurzat u diskriminazzjoni. Dawn huma mniżżla fil-liġi ta’ kull pajjiż li jiproduċi il-frott tropikali.

Hemm pero ħafna sfidi – f’termini ta’ azzjoni politika, kapaċitajiet u riżorsiinstrutuzzjonali u biex dawn l-istandards jiġu implimentati fuq livell ta’ pjantaġġun sħih. Gvernijiet nazzjonali f’pajjiżi produtturijagħtu valur lil investiment barrani minn kumpaniji tal-frott multinazzjonali u f’ħafna pajjiżi dawn il-kumpaniji għandhom rwol influwenti f’deċiżjonijiet politiki. Ħaddiema u għaqdiet tal-ħaddiema jsibuha diffiċli biex jiġġieldukażijiet ta’ ksur tad-drittijiet bis-sistema tal-qrati nazzjonali. Inspezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol minn awtoritajiet nazzjonali ħafna drabi ikollhom nuqqas ta’ kapaċita biex jappoġjaw dawn il-proċessi fil-qrati.

Għala l-għaqdiet tal-ħaddiema/trade unions għandhom bżonn solidarjeta’ internazzjonali?

Solidarjeta’ internazzjonali minn għaqdiet non-governattivi, ċivilu u trade unions f’pajjiżi li jixtru u jikkunsmaw frott tropikali tista’ tgħin biex tiżdied b’mod radikali il-kapaċita’ ta’ trade unions f’pajjiżi produtturi sabiex dawn ikunu jistgħu jirrapreżentaw il-membri tagħhom. Atti ta’ solidarjeta’ jistgħu jinkludu appoġġ finanzjarjugħax ħafna drabi dawn ibagħtu biex joperaw fuq flus mill-memberships biss,  Azzjonijiet Urġenti (Urgent Actions) biex il-konsumaturi jagħmlu lobbying mal-kumpaniji u gvernijiet meta jkun hemm atti kbar ta’ ripressjoni u/jew vjolenza, appoġġ lil unions biex ikollhom leħel iktar b’saħħtu fuq livelli nazzjonali u internazzjonali anka ma laqgħat ma’ supermarkets Ewropej u MEPs, u kampanji internazzjonali biex ikun hemm iktar għarfien bħal ‘Make Fruit Fair’.

Trade Unions f’pajjiżi produtturi huma msieħba ma’ Federazzjonijiet tal-Unions globali. Waħda minn dawn, l-IUF (International Union of Food and Allied Workers) tiffaċilita u tosserva ftehim bejn tlett naħat bejnhom, il-ħaddiema li jagħmlu parti minn COLSIBA u il-kumpanija multinazzjonali tal-frott Chiquita.

Il-liberta’ tal-organizazzjoni

Jekk il-ħaddiema ikollhom is-saħħa u l-liberta’ biex jiddefendu id-drittijiet tagħhom u li jinnegozjaw fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-livell tal-paga ma’ min iħaddem, il-kundizzjonjiet tal-ħaddiema, il-familji tagħhom u il-komunita’ lokali jitjiebu. Il-konsumaturi, minn naħa tagħhom jistgħu ikunu ċerti fit-tagħrif li l-prodotti li qed jixtru huma prodotti f’kundizzjonijiet diċenti u mhux perikolużi u li magħmulin b’tali mod li jħarsu id-dinjita’ tal-ħaddiema u jrendu standard tal-għajxien raġonevoli.