IL-FORUM DINJI TAL-BANANA

World Banana Forum logo

Il-Forum Dinji tal-Banana huwa pjattaforma għall-djalogu u laqat bejn individqi u gruppi interessati mill-katina kollha ta’ distribuzzjoni u produzzjoni tal-banana. Dawn jinkludu supermarkets, trade unions, għaqdiex mhux governattivi u gvernijiet.

L-istorja tal-Forum Dinji tal-Banana

fl-2005, it-tieni Konferenza Internazzjonali tal-Banana ġiet imsejjħa minn konsorzju ta’ organizzazjonijiet tas-soċjeta ċivili (CSOs). Dawn kienu jinkludu il-kollegi tagħna COLSIBA, WINFA u UROCAL. L-iskop kien biex jinġabru flimkien partijiet interessati mil-industrija kollha tal-banana (produzzjoni u distribuzzjoni) biex dawn jaħsbu fuq id-diffikultajiet u sfidi li kienu fl-industrija. Din il-konferenza spiċċat b’deċiżjoni li jiġi stabbilit b’mod permanenti forum bejn il-partijiet interessati kollha (multi-stakeholder) biex jwettaq reviżjoni u jogħlew il-livelli ta’ standards ambjentali u soċjali li kienu qed jiddeterjoraw tul l-industrija kollha. Is-soċjeta’ ċivili ħadmet biex tassigura l-impenn ta’ at tassigura turi kruċjali biex jipparteċipaw fil-forum propost u b’hekk ġie kreat Kumitat ta’ Preparazzjoni (Preparatory Committee).

F’Diċembru ta’ l-2009 fil- kwartieri ġenerali tal-organizzazjoni dinjija tal-ikel u l-agrikoltura (FAO) li tagħmel parti minn Nazzjonijiet Uniti, tnieda il-Forum Dinji tal-Banana, bit-tema’ miftiehma minn iktar minn 150 parteċipanti li kienet ‘Working Together for Sustainable Banana Production and Trade/ Naħdmu flimkien għal banana sostenibbli u kummerċ’. L-iktar kumpaniji mportanti tal-banana, flimkien mar-retailers, dawk li jkabbru u għaqdiet tal-ħaddiema tal-pjantaġġuni mill-erba’ kontinenti ingħaqdu ma’ assoċjazjonijiet tal-kummerċ, xjentisti, gvernijiet sew ta’ pajjiżi produtturi kif ukoll dawk konsumaturi tal-banana u agenziji tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġi ikun hemm programm ambizjuż ta’ xogħol. Gvernijiet membri tal-FAO (l-Organizazzjoni tal-ikel u l-agrikoltura) inġabru fil-konferenza tal-grupp inter-governattiv fuq il-banana u frott tropikali u ħalqu il-Forum Dinji tal-Banana u impenjaw lilhom infushom biex dan ikun suċċess.

X’inhu l-għan tal-forum?

l-għan tal-forum huma li jinspira kollaborazzjoni bejn l-partijiet involuti fl-industrija global ital-banana kollha- mill-pjantaġġun tal-ixkaffa tas-supermarket. Din il-kollaborazzjoni tassigura transizzjoni lejn sostenibbilta’ u li jkun hemm kunsens fuq prattiċi tajbin dwar kwistjonijiet fuq il-post tax-xogħol, ekwita bejn il-ġeneri, l-impatt ambentali, produzzjoni sostenibbli u kwistjonijiet ekonomiċi.

Il-parteċipazzjoni ta’ korporazzjonijiet b’saħħithom tal-industrija fil-Forum kien imħeġġeg mill-imsieħba tagħna l-iktar vulerabbli cioe dawk f’pajjiżi produtturi: COLSIBA, UROCAL u WINFA. Dawn it-tlieta huma wkoll membri tagħna fil-kampanja ‘Make Fruit Fair’. Bħala parti minn din il-kampanja aħna qed nistaqsu lil konsumaturi biex jikuraġġixxu lil kumpaniji tal-frott u supermarkets li ma humiex attivi fil-Forum Dinji tal-Banana biex isiru attivi. Aħna nemmnu li l-Forum jiprovi opportunita’ unika biex il-kummerċ tal-banana jsir sostenibbli’ u jinkludi rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema, pagament ta’ paga li tgħix biha (living wage) u prattiċi li jtejbu lil ambjent bħal tnaqqis tal-użu tal-pestiċidju. Impenn mill-korporazzjonijiet għal dawn il-proċessi huwa essenzjali biex dawn jirnexxu.

Fost ir-rebħiet tal-Forum hemm:

  • Librerija virtwali li ġiet maħluqa biex kumpaniji u bdiewa żagħar jaqsmu prattiċi tajbin fuq sostenibbilta’, inklużi prattiċi kif jitnaqqas l-użu ta’ pestiċidji.
  • Monitoraġġ tal-livell ta’ pagi fit mien pajjiżi li l-iktar jesportaw banana sabiex din l-informazzjoni tkun ta’ użu għal inizjattivi li jaħdmu biex ikun hemm pagamenti ta’ pagi li bihom il-ħaddiema jistgħu jgħixu u dawn ikunu mplimentati fuq livell ta’ pjantaġġun sħih.
  • Riċerka fi stil ta’ ‘mapping’(tara’ x’diġa hemm) fuq l-impjieg ta’ nis fi tlett reġjuni mportanti għal esportazzjoni tal-banana.
  • Produzzjoni ta’ ‘handbook’ li ħa jiġi ippublikat fis-sena 2015 bħala ċelebrazzjoni ta’ prattiċi tajbin tar-relazzjonijiet tax-xogħol fl-industrija tal-banana.

Għal iktar informazzjoni żur: www.fao.org/economic/worldbananaforum/wbf-aboutus/

[1] COLSIBA hija Federazzjoni ta’ Unions tal-Amerika Latina fis-settur tal-banana u l-industrija agrikola. WINFA hija l-assoċazzjoni tal-bdiewa tal-Karibew u UROCAL hija l-union reġjonali tal-organizazzjonijiet tal-bdiewa tal-Litoral ġewwa l-Ekwador li tirrapreżenta il-fuq minn 600 produtturi żagħar tal-banana, kawkaw u frott taċ-ċitru.