ĦU AZZJONI ISSA!

Photo of Make Fruit Fair demonstration

Involvi ruħek!

Hemm ħafna modi kif tista’ ittejjeb il-ħajja tan-nies li jipproduċu il-frott tropikali tagħna. Ftit minn dawn il-modi ma jirrikjedux ħlief ftit kliks ta’ mouse– tista’ tibgħat appell urġenti direttament lil dawk li huma responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bnieded jew għal ħsara lil ambjent u dan tista’ tgħamlu mid-dar tiegħek. Xejn m’hu ikar faċli milli titkellem ma’ sħabek u mal-familjari tiegħek dwar il-kampanja tagħna u tgħidilhom bis-sit elettroniku tagħna. Stejjer tal-frott ma jkollhomx għeluq kuntent mingħajr l-għajnuna tiegħek- involvi ruħek!

 Kif nista’ nieħu azzjoni?

  • Involvi ruħek u ħu azzjoni
    Aqsam il-kampanja Make Fruit Fair!- fil-ħajja reali jew dik virtwali!
  • Irrispondi għal azzjonijiet urġenti
    Għin nies f’każijiet speċifiċi ta’ ksur ta’ drittijiet- kull kartolina elettronika tgħodd!
  • Ħu azzjoni għal bidla
    Nies li jagħmlu deċiżjonijiet politiċi għandhom bżonn jisimgħu leħnek- kun żgur li il-bżonnijiet ta’ produtturi żgħar u ħaddiema fi pjantaġġuni jibqgħu fuq l-aġenda politika.
  • Riżorsi
    Niżżel il-materjali tal-kampanja u riżorsi oħra.

Għala huwa important li tkun involut?

  • Ħaddiema u bdiewa żgħar ma għandhomx ikunu sfurzata biex iħallsu prezz għoli, ħalli aħna nkunu nistgħu ngawdu frott tropikali irħis.
  • Jekk aħna ma ngħinux biex inbiddlu kif il-frott tropikali huma nnegozjati, produtturi żgħar u ħaddiema ma jaqilgħux paga li biha jistgħu jgħixu b’dinjita’ u b’hekk ikunu maqfula f’ċiklu ta’ faqar.
  • Jekk id-drittijiet tal-bniedem ma jiġux imħarsa f’parti waħda tad-dinja, eventwalment dawn mhux ħa jiġu mħarsa f’partijiet oħra minħabba il-pressjoni kompetittiva globali biex jitbaxxew l-ispejjeż billi jitbaxxew id-drittijiet tal-ħaddiema.
  • Għandna reponsabilta’ globali biex inħarsu l-ambjent – l-għazliet li nagħmlu bħala konsumaturi jista’ jkollhom impatt dirett fuq kif l-ambjent jiġi ttrattat.
  • Għax int għandek il-poter – bħala konsumatur, bħala attivist u bħala ċittadin tista’ tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies li jkabbru u jaħżnu il-frott li inti tiekol.
  • Għax int għandek il-liberta’ li tiddefendi id-drittijiet tiegħek u tesprimi l-opinjonijiet tiegħek u b’hekk temmen li oħrajn għandhom igawdu dawn id-drittijiet ukoll.

X’inhu l-impatt?

  • ‘Lobbying’  ma’ politiċi jista’ jsarraf f’bidla strutturali li ttejjeb is-sitwazzjoni ta’ ħaddiema f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Dan isir billi il-kondotta ta’ kif  supermarkets jaġixxu mal-fornituri tagħhom tkun irregolata. Din il-kondotta tinkludi pagamenti ġusti u sostenibili lil fornituri.
  • Tweġibiet għal azzjonijiet urġenti jistgħu jitfgħu pressjoni fuq kumpaniji biex jipprovdu saħħa u sigurta’ itjeb, kundizzjoniet ta’ xogħol aħjar u iktar għodod ta’ sigurta’. Jkun hemm pressjoni ukoll biex ħaddiema li ġew imkeċċijja inġustament jerġgħu jingħataw xogħolhom. Meta tibgħat e-mejl lil kumpanija jew bejjiegħ, dan iffisser li huma jkunu jafu li inti konxju u jimpurtak mis-sitwazzjoni u li qiegħed attent x’jagħmlu. Din il-pressjoni tinkuraġixxi lil kumpaniji biex ikunu proattivi u itejbu il-kundizzjoniet tal-ħaddiema u jitkellmu mal-għaqdiet tal- ħaddiema li jirrapreżentawhom.
  • Billi iżżur dan is-sit u tgħid lil nies oħra x’tgħallimt, int tqajjem kuxjenza u iżżid in-numru ta’ nies li jistgħu jieħdu azzjoni fil-futur!