Ħu iniziattiva ħalli il-bżonnijiet tal-produtturi żgħar u ħaddiema fil-pjantagguni jibqaw fuq l-aġendi politiċi u korporattivi.
Supermarkets u kumpaniji kbar tal-frott ma humiex kapaċi jew ma jridux jitbiegħedu mill-mudell tan-negozju “kuljum prezz baxx” li jserraħ fuq prattiċi ta’ kummerċ mhux ġusti bħal li jpoġġu riskji mhux neċessarji u spejjeż fuq il-fornituri. Fakkar lil dawn il-kumpaniji li għandhom jieħdu responsabbilta’ għad-drittijiet tal-ħaddiema u tal-produtturi tul il-katina tal-forniment kollha.
Ikkampanja sabiex dawk li jieħdu deċiżjonijiet u gvernijiet sew nazzjonali kif ukoll Ewropej jieħdu responsabbilta’ billi jilleġiżlaw favur akkontabbilta’ għal kumpaniji kbar u jimplimentaw il-gwidi prinċipali fuq in-negozju u id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti.
Saqsihom biex jadattaw leġizlazzjonijiet ta’ issa u tal-futur tal-UE u nazzjonali biex iwaqqfu abbużi mis-supermarkets u il-poter tal-bejgħ tagħhom. Dan iseħħ jekk Prattiki tan-negozju mhux ġusti jiġu irregolati u jekk jgħinu jibni katini tal-forniment ta’ frott tropikali ġusti u sostenibbli’. Saqsi lil politikanti biex jassiguraw li supermarkets jkunu responsabbli’ għal prattiki tan-negozju mhux ġusti f’pajjiżi produtturi.
Waqqaf lis-supermarkets milli jabbużaw mill-poter tal-bejgħ u agħżla tagħhom! Iffirma il-petizzjoni tagħna fejn sejjaħna lil Kummissjoni Ewropea biex iddaħħal regoli fl-UE kollha li huma iktar b’saħħithom u li jorbtu iktar biex iwaqfu prattiki tan-negozju mhux ġusti.