Soluzzjonijiet

Women banana workers in Peru

Dawn is-soluzzjonijiet weħidhom ma jsolvux il-problemi fil-pjantaġġuni tal-frott tropikali. Imma aħna naħsbu li tajjeb li in-nies ikunu jafu x’passi jistgħu jieħdu biex il-kundizzjonijiet jitjiebu.

Aħna naħsbu li xi sistemi ta’ ċertifikazzjoni u tabelli kienu ta’ benefiċċju għal produtturi żgħar. Pero, huwa ferm iktar diffiċli naraw il-benefiċċji għal-ħaddiema f’dawn is-sistemi li ħafna drabi ifallu milli jappoġġjaw verament il-ħidma ta’ trade unions indipendenti.

Ħaddiema tal-pjantaġġuni spiss jiġu mċaħħda mid-dritt tagħhom li jorganizzaw u jassoċjaw ma’ trade union u b’hekk ma jkunux jistgħux jaġixxu kollettivament biex ittejbu il-kundizzjonijiet ta’ xogħol tagħhom.

Kummerċ Ġust jew kif inhu magħruf bl-Ingliż ‘Fair Trade’ huwa metodu ta kummerċ bl-għan li jipprovdi support dirett u effettiv lil produtturi fl-Afrika, l-Asja u l-Amerika Latina.

Il-Forum Dinji tal-Banana huwa pjattaforma għall-djalogu bejn individqi u gruppi interessati mis-settur kollu ta’ distribuzzjoni u produzzjoni tal-banana. Dawn jinkludu supermarkets, trade unions, għaqdiex mhux governattivi u gvernijiet.

Ħafna kumpanijiet Ewropej jibbenefikaw finanzjarjament minn atti li jseħħu barra mill-UE- bħall f’pjantaġġuni tal-frott tropikali- iżda dawn il-kumpaniji umbad jevadu r-responsabbilta’ għall-impatt fuq kundizzjonijiet ta’ xogħol, livelli ta’ paga u prattiċi ambjentali ħżiena taħt regolamaneti tal-UE. Aħna nemmnu li r-regolamenti tal-UE għandhom jinbidlu biex jirriflettu din ir-realta’.