Aħna naħsbu li xi sistemi ta’ ċertifikazzjoni u tabelli kienu ta’ benefiċċju għal produtturi żgħar. Pero, huwa ferm iktar diffiċli naraw il-benefiċċji għal-ħaddiema f’dawn is-sistemi li ħafna drabi ifallu milli jappoġġjaw verament il-ħidma ta’ trade unions indipendenti.
L-infurzar ta’ leġiżlazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali huma preferuti minn dawn l-istandards volontarji. Fil-kliem tas-segretarja ġenerali tal-IUTC (il-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions) Sharon Burrow, ‘Standards private ma għandhomx ikunu sostituti ta’ politiki publiċi stabbiliti permezz ta’ proċessi politiċi demokratiki u rappreżentattivi.
Ċertifikazzjoni organika hija ċertifikazzjoni u skema ta’ tikkettar li tkopri kull aspetti tal-produzzjoni agrikola, ippakkjar, benesseri tal-annimali, konservazzjoni ta’ annimali selvaġġi u tiprojbixxi addittivi tal-ikel Ii jagħmlu l-ħsara u li ma humiex neċessarji. Kull prodott mibjgħuh bħala ‘organiku’ irid jikkonforma ma regoli stretti fuq livelli nazzjonali, Ewropej u internazzjonali. Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni u verifikazzjoni jiġimwettaq minn kumpaniji ta’ ċertifikazzjoni ndipendenti.
Sa għoxrin sena ilu, ma kienx isir verifikazzjoni fuq stabbilimenti li jesiġu kummerċ ġust. Matul iż-żmien dawn il-prattiċi ġusti ma baqgħux f’idejn organizzazzjonijiet speċjalizzati fil-kummerċ ġust, iżda saru jintużaw min kumpanijji kummerċjali oħra wkoll.
Beda jinħass il-bżonn li tinbena entita’ indipendenti li tivverifika il-mod ta’ produzzjoni ta’ negozjanti u produtturi, u li jiġi maħluq sett ta’ kriterji definiti. Kien għalhekk illi fl-1988 il-karita’ Olandiza ‘Solidaridad’ introduċiet il-metodu ta’ Max Havelaar biex jiċċertifika l-prodotti, inizjalment il-kafe’. Inizzjattivi simili bdew jiġu introdotti fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ fuq. Lejn l-aħħar tas-snin disgħin, l-entitajiet taċ-ċertifikazzjoni u standards tal-kummerċ ġust ingħaqdu bejniethom u semmew l-għaqda ‘Fairtrade Labelling Organisations International (FLO)’ – Għaqdiet Internazzjonali tal-Ittikkettar tal-Kummerċ Ġust u t-tikketta komuni tal-kummerċ ġust kienet maħluqa.
l-istandards komuni għal prodotti ta’ kummerċ ġust huma deċizi min din l-għaqda FLO, while li ċ-ċertifikazzjoni tinsab f’idejn FLO-CERT Ltd (kumpanijja taħt FLO), bl-għajnuna ta’ awdituri u spetturi madwar id-dinja.
Dawn l-istandards huma ddisinjati biex jindirizzaw l-iżbilanċ ta’ poter fir-relazzjonijiet tal-kummerċ, is-swieqi instabbli u l-inġustizzji tal-kummerċ konvenzjonali. B’hekk l-istandards tal-kummerċ ġust japplikaw lil produtturi u l-kumpanijji u negozjanti msieħba magħhom.
Fl-elfejn u tnax, FLO biddlet isimha għal ‘Fairtrade International’ – Kummerċ Ġust Internazzjonali.
Is-sistema tal-Kummerċ Ġust tmexxi billi taħdem ma’ produtturi żgħar bħal koperattivi jew għaqdiet ta’ koperattivi. Madanakollu, Fairtrade International rċeviet kritika mill-Ewropa u l-Amerika Latina talli ma ndirizzatx kwistjonijiet ta’ liberta ta assoċjazjoni ma’ trejdunjins fi pjantazzjonijiet ċertifikati bħala Kummerċ Ġust fl-Amerika Latina.
L-istandard internazzjonali tal-Ħaddiema tal Fair Trade International ġie mbiddel fl-2014 biex isaħħaħ id-dritt tal-ħaddiema li jingħaqdu u jinnegojaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u b’hekk jingħatalhom iktar kontrol fuq kif jonfqu Fairtrade Premium. Fairtrade International qiegħdha tintroduċi metodoloġija ġdida biex jiġu mpostati punti ta’ riferimenti għal pagi li jippermettu għixien diċenti. Qed jiġi ntrodott proċss ċar biex il-qligħ mil-ħsad jimxi għal wieħed li jippermetti pagi tajba.