
Xerred il-kampanja Make Fruit Fair!- fil-ħajja reali jew dik virtwali.
Kun kreattiv u iddisinja azzjoni li trid int.
Hawn taħt hawn ftit ideat biex tibda tibni fuqhom:
- Involvi ruħek fuq l-internet billi xxerred il-materjali, vidjows, stampi, il-petizzjoni, l-azzjonijiet urġenti u avveniment tal-kampanja Make Fruit Fair! Lil komunita’ virtwali tiegħek fuq facebook, twitter, Instagram etċ.- b’hekk tilħaq lil nies oħrajn!
- Ħu ritratti jew vidjows tiegħek u tal-ħbieb tiegħek u xerrdu il-messaġġ tal-kampanja u ibgħatuhom fuq il-paġna ta’ facebook tal-Make Fruit Fair!
- Organizza flash mob ma sħabek. Forsi quddiem supermarket jew post publiku. Għid lil parteċipanti joqgħodu fil-forma tal-ittri li jirrapreżentaw Make Fruit Fair! (MFF) jew għidilhom iġibu frott tal-kummerċ ġust; veru jew simboliku.
- Wettaq xena billi tuża metodi ta’ teatru tat-triq (street theatre) biex tħeġġeġ lin-nies biex jaħsbu fuq il-kundizzjoniet ta’ xogħol fis-settur tal-frott tropikali. Idealment il-messaġġ u it-talbiet tal-kampanja Make Fruit Fair! għandhom ikunu viżibli.
- Wettaq xena teatrali inviżibli jew mgħottija f’supermarket. Ivvinta djalogu bejn żewg klijenti fuq frott tropikali irħas u l-impatt tagħhom.
- Organizza kolazzjon ġust bi prodotti ġusti u etiċi biex tipromwovi il-kampanja Make Fruit Fair! u tagħmilha iktar pubblika anke permezz ta’ social media.