WIEĠEB GĦAL AZZJONIJIET URĠENTI

photo

Inti tista’ turi solidarjeta’ internazzjonali billi twieġeb għal sejħa ta’ azzjoni urġenti mill-membri tagħna li jinstabu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Vjolenza kontra t-trade unions, it-tkeċċija ta’ produtturi żgħar u il-ksur ta’ drittijiet tal-bniedem huma affarijiet li jiġru ta’ kuljum f’pajjiżi li jiproduċu frott tropikali. Il-Kampanja Make Fruit Fair! tirċievi ħafna talbiet minn organizzazjonijiet imsieħba magħna, b’talba ta’ appoġġ. Aħna nżommukom infurmati fuq kif is-sejħiet ta’ Azzjonijiet Urġenti li noħorgu jkunu għaddejin u kif qed jiprogressaw.

Appelli Kurrenti

Azzjonijiet tal-passat

Fost l-azzjonijiet urġenti tal-passat li rnexxew hemm:

Protezzjoni reġgħat ġiet mgħotija lil Noe Ramirez, is-segretarju ġenerali ta SITRABI (Għaqda tal-ħaddiema fil-banana tal-Guatemala). Kien hemm ukoll impenn minn naħa tal-gvern biex parametric ta’ sigurata’ jiġu stabbiliti għal kapijiet oħrajn ta SITRABI, wara li sitt membri u ex-membri ta’ SITRABI sfaw maqtula fl-2011.

Intervent minn Chiquita (li kienet il-kumpanija li tixtri mill-pjantaġġun), Rainforest Alliance (li jghatu ċertifikazzjonijiet ta’ sostenibbilta’) u il-ministeru tax-xogħol tal-Ħonduras wara il-falliment tas-sidien tal-pjantaġġun Tres Hermanas fl-Ħonduras fallew li jirikonoxxu l-legalita’ tal-għaqda tal-ħaddiema SITRAINBA.

Passi pożittivi li ħadet il-kumpanija Chiquita biex ittejjeb is-sitwazzjoni tan-nisa fil-pjantaġġuni tagħhom. B’mod partikolari, ġie maħluq kumitat tan-nisa taħt il-qafas internazzjonali tal-ftehim bejn Chiquita/IUF/COLSIBA. Ġew żviluppati ukoll programmi ta’ taħriġ u mentoring għan nisa u kien hemm ukoll proposti biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ impjieg għan nisa.