Sfidi

 

Hawn isfel huma xi eżempji li nintaqgħu magħhom fejn jidħlu drittijiet tal-ħaddiema u ħsara li ssir fuq l-ambjent fl-industrija tal-banana, u li huma tipiċi fejn tidħol produzzjoni ta’ frott tropikali.

Drittijiet tal-ħaddiema u kundizzjonijiet ta’ xogħol

X’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema li jkabbru u jaqtgħu l-banana għalina?

Ħaddiema Barranin (Immigranti)

F’pajjiżi bħal Dominican Republic u Costa Rica, id-drittijiet ta’ xogħol u drittijiet soċjali tal-ħaddiema barranin fl-għelieqi huma rispettati ftit li xejn. Ħafna mill-ħaddiema huma imqabda minn sottokuntratturi oħra li jwasslu għall-forza ta’ xogħol irħas, u b’hekk tkun iktar flessibli fl-istess iktar diffiċli biex jorganiżżaw irwieħom f’ trade unions.

Ħaddiema nisa

Il-ħaddiema nisa huma partikolarment vulnerabbli. Ħafna drabi dawn jaħdmu 14-il siegħa kuljum mingħajr ma jitħallsu tas-sahra, mingħajr ma jkollhom il-liberta li jorganiżżaw rwieħhom u mingħajr ma jkollhom id-drittijiet tagħhom rispettati. Meta n-nisa jinqabdu tqal, dawn jiġu mkeċċija minn fuq ix-xogħol mingħajr ma għandhom drittijiet tal-maternita’ qabel jew wara li jwelldu. Ħafna nisa jsofru minn fastidji sesswali fuq il-post ta’ xogħol. F’pajjiżi bħal Ekwador u Costa Rica il-ħaddiema nisa jirrappreżentaw daqs 13% tal-forza tax-xoghol, u min iħaddem qedgħin dejjem iżjed jqisu n-nisa bħala ħaddiema li huma ta’ kost għoli, riskju għoli.

Trade Unions u Drittijiet tal-ħaddiem – l-Importanza ta’ Vuċi Indipendenti

F’uħud minn dawn il-pajjiżi li jesportaw il-banana hemm użanza wiesgħa ta’ tatiċi kontra l-unions minn kumpaniji tal-banana kemm nazzjonali u multi-nazzjonali. Għalhekk is- sħubija f’trade unions hi baxxa. Fil- Gwatemala,il- ħaddiema tal-banana jaffaċċjaw fost l-aghar kundizzjonijiet u attivisti ta’ trade unions jsoffru minn diskriminazzjoni u vjolenza, jew jiġu maqtula. F’Costa Rica l-kumpaniji tal-banana jużaw ‘Solidarismo’ minflokk trade unions u dawna jimminaw l-isforzi ta’ trade unions leġittmi.

Tul l-industrija liġijiet tax-xogħol nazzjonali u internazzjonali bħad-dritt li tissieħeb ma’ trade union (għaqda tax-xogħol) indipendenti- huma miksura regolarment minkejja il-fatt li l-gvernijiet f’pajjiżi produtturi ratifikaw dawn il-liġijiet. F’snin riċenti ħafna xogħol ġie privatizzat billi kien hem ċertifikazzjoni tal-pjantaġġun tal-banana.

Fil-verita’, jekk irid ikun hemm titjieb għall-ħaddiema, l-ewwel nett dawn għandhom ikollhom il-liberta’ li jorganizzaw fi trade unions, u b’hekk jiżguraw li jkollhom il-kapaċitajiet biex itejbu il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom billi jkun hemm negozjar kollettiv u wara l-implimentazzjoni ta’ drittijiet bażika fix-xogħo

L-ambjent

Il-produzzjoni tal-banana tista’ tkun diżastru totali għall-ambjent naturali- taf għaliex?

Ħafna mill-banana li tiġi esportata lejn l-Ewropa jiġu mkabbra ġo pjantaġġuni kbar fl-Amerika Latina u l-produzzjoni ġo l-kontinent Afrikan qed tiżdied ukoll. Metodi intensive biex tiżdied produzzjoni jikkaġunaw dann ambjentali serju li jinkludi:

  • Kontaminazzjoni tal-ilma
  • Ammont kbir ta’ skart
  • Erożjoni tal-ħamrija
  • Riskju iktar ta’ għeruq
  • Deforestazzjoni u distruzzjoni ta’ abitats
  • Distruzzjoni tal-fertilita’ tal-ħamrija u b’hekk ikun hemm użu iktar ta’ fertilizzanti.

X’kimiċi jintużaw f’pjantaġġuni?

Għelieqi u pjantaġġuni tal-banana huma monokulturi- fejn tip ta’ prodott wieħed biss jitkabbar. 97% ta’ banana internazzjonalment ġejjin minn varjeta waħda biss: il-Cavendish. Dan in-nuqqas ta’ varjeta ġenetika jagħmel il-pjanti iktar dagħjfa għal pesti, fungi u mard ieħor u għalhekk pestiċidji u nsettiċidi jiġu sprejjati fuq il-pjanti. Il-pesti u l-mard jaddattaw ghal dawn u b’hekk jiġu użati pestiċidji u nsettiċidi iktar b’saħħithom li jagħmlu iktar ħsara. Ħafna sidien ta’ pjantaġġuni jonfqu iktar flus fuq agrokimiċi milli fuq il-ħaddiema tagħhom. Fertilizzanti u pestiċidji jikkontaminaw l-ilma, b’riżultat li ħut jmutu u ħajja oħra fl-ilma bħal sikek tal-qroll (coral reefs) jiġu distrutti. Kimiċi li ma jkunux miżmuma sew jnixxu fil-ħamrija u kanali tal-ilma. L-ilma li jkun mniġġeż jintuża għax xarb, tisjir u ħasil.

Bl-istess mod, il-produzzjoni tal-ananas hija kkaratterizzata minn monokultura kbira ta’ pjantaġġuni posseduti minn ammont zgħir ta’ kumpaniji nazzjonali u multinazzjonali tal-frott. Il-produtturi jużaw 10 jew 15-il darba iktar erbiċidji fuq ananas milli fuq prodotti oħra u l-użu ta’ pestiċidji tossiki huwa speċjalment traġiku f’foresti tropikali (rainforests) fejn xita qawwija tkaxkar l-erbiċidji velenużi f’sorsi tal-ilma viċin u b’hekk jikkontaminaw riservi tal-ilma li jintużaw minn komunitajiet mhux iktar minn 100 metru il-bogħod minn pjantaġġun.

Il-periklu tal-użu ta’ agrokimiċi

L-agrokimiċi huma applikati bl-idejn u sprejjati mill-ajru. Huwa stimat li 85% tal-kimiċi sprejjati b’ajruplan ma jaqawx fuq il-pjanti iżda jissaturaw f’qasam sħih inkluż fuq il-ħaddiema, id-djar tagħhom u l-ikel. Liġijiet li jipprojbixxu ħaddiema milli jkunu fl-għelieqi meta l-kimiċi ikunu sprejjati huma miksurin ta’ spiss. L-impatt fuq is-saħħa tal-ħaddiema u nies lokali huma bosta u ddokumentati sew u jvarjaw minn dipressjoni u problemi respiratorji sa kanċer, korrimenti u difetti tat-twelid.